:: L-Assoċjazzjoni ta` Aħmadija Musulmana Malta : Il-Profeta Mqaddes
 
L-Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd

 

Pagna tal-Multimedia
Our Blog
Humanity First
Islamic FAQ
Ask Islam
The Muslim Sunrise
The Tahir Foundation
The Persecution
Arabic Website
Il-Profeta Mqaddes, Ħażrat Muħammad is-sliem għalih

Il-Profeta Mqaddes tal-Iżlam, Ħażrat Muħammad, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, twieled fis-sena 570 QK f’Mekka. Kien twieled iltim, u missieru miet xi xhur qabel ma twieled. In-nannu tiegħu semmieh “Muħammad” (li mogħti t-tifħir).

Ommu mietet meta kellu sitt snin u nannuh, li kien il-gwardjan maħbub u leali tiegħu miet meta kellu tmien snin. Imbagħad z-ziju tiegħu beda jieħu ħsiebu.

Meta kellu 25 sena, iżżewweġ lil Ħażrat Ħadiġa li kellha 40 sena. Ħażrat Ħadiġa kienet mara tajba u għanja u kellha ħafna rikkezzi u skjavi. Wara ż-żwieġ tatu r-rikkezzi u s-skjavi kollha tagħha, biex ikunu tiegħu u jużahom kif jixtieq. Il-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, illibera l-iskjavi kollha dak il-ħin u qassam il-flus kollha lill-foqra, u ma żamm xejn għalih.

Il-Profeta Mqaddes tal-Iżlam, Ħażrat Muħammad, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, mill-bidu kien iħobb lil Alla u kien jitlob kuljum, imma, meta kellu 30 sena l-imħabba ta’ Alla żdiedet u beda jmur għat-talb fil-għar ta’ Ħira, li kien ftit kilometri bogħod minn Mekka.

L-Ewwel Rivelazzjoni Koranika

Meta Kellu 40 sena, kien fil-għar ta’ Ħira u l-Anġlu Gabrijel ġie u tah l-ewwel rivelazzjoni ta’ Alla.

Imbagħad bil-Kmandament ta’ Alla beda jipprietka l-Iżlam u xi nies ħaddnuh, u l-maġġoranza tan-nies ta’ Mekka saru għedewwa tiegħu u bdew il-persekuzzjoni. Dak il-ħin kien diffiċli ħafna għalih u għas-segwaċi tiegħu. Matul it-13-il sena kollha, meta kien f’ Mekka, ra persekuzzjoni kbira min-nies t’ hemmhekk. Imbgħad bil-permess ta’ Alla emigra minn Mekka lejn Medina. Il-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu miet meta kellu 63 sena.

L-Imġiba mill-Aħjar tal-Profeta Mqaddes 

Għabd Allāh bin ’Abī ’Awfā (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) qal:

“Il-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) ma kienx jiddejjaq jimxi mal-armla u l-fqir. Huwa kien dejjem ta’ għajnuna għalihom it-tnejn.” (Musnad Dārmī)

Għājxa (l-għaxqa ta’ Alla fuqha) tgħid:

“Il-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qatt ma darab b’idu lil ħadd – la mara u lanqas qaddej – minkejja li huwa ġġieled għall-kawża ta’ Alla. Meta kien ikun midrub, ma kienx ifittex vendetta. Iżda kull meta xi post qaddis ta’ Alla kien ikun imżeblaħ, kien jivvendika ruħu għal Alla, il-Qawwi u l-Għoli.” (Muslim) 

’Abū Sagħīd al-Ħudrī (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta:

“Il-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) kien jagħlef l-iġmla (huwa stess). Huwa kien jagħmel xogħlijiet tad-dar, isewwi ż-żraben, iraqqagħ l-ilbies, jaħleb in-nagħaġ,  jiekol flimkien mal-qaddej u jitħan (id-dqiq) miegħu meta dan jegħja. Huwa ma kienx jistħi jġorr ix-xirja mis-suq sa għand niesu. Huwa kien jieħu b’idejn l-għani u l-fqir, u kien ikun minn ta’ l-ewwel li jsellem. Huwa ma kienx jiddejjaq jilqa’ xi stedina, mqar biex jiekol xi tamar. Huwa kellu karattru ħelu u qalb tajba. L-imġiba tiegħu kienet mill-aħjar u kien dejjem b’wiċċ ferrieħi. Huwa kien jitbissem, imma ma kienx jidħak jgħajjat. Lanqas ma kien ikun imqit meta kien ikun imdejjaq. Huwa kien umli, iżda ma kienx jintrema; kien ġeneruż, iżda mingħajr ħela. Kellu qalbu tajba u kien ħanin ma’ kull Mislem. Huwa qatt ma kien jiekol sa ma jasal biex jibda jitfewwaq. Huwa qatt ma midd idu b’xeħħa.” (Mixkāt) 

‘Abū Mūsā al-’Axgħarī (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li darba Għājxa (l-għaxqa ta’ Alla fuqha) uriethom libsa u liżar oħxon, u qalet:

”Il- Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) kien liebes dawn it-tnejn (meta miet).” 

Il-Fundatur tal-Komunità Aħmadija kiteb: 

Id-dawl sublimi (li jgħaġġbek) li ngħata lill-bniedem i.e. l-aktar perfett fosthom, la kien imqassam mal-anġli u lanqas mal-kwiekeb; la fil-qamar, lanqas fix-xemx jew fl-oceani u x-xmajjar. Ma kienx jinsab fir-rubini jew fl-iżmeraldi, la fiż-żaffiri u lanqas fil-perli: Ma kienx la f’xi oġġett tad-dinja u lanqas tas-sema. Kien biss tal-bniedem perfett, muri bl-iktar mod perfett (komplet) fil-persuna ta’ sidna u l-imgħallem tagħna, Muħammad, il-magħżul, ir-rajjes tal-profeti kollha, mexxej ta’ dawk li jgħixu (fid-dehra ta’ Alla). Għalhekk, dak id-dawl ingħata lil dak il-bniedem, u bl-istess mod, sa ċertu grad, fuq dawk kollha li f’modi diversi tagħhom kienu jixbhuh. Il-grazzja sublimi, fl-iktar mod perfett kienet tappartieni u murija perfettament minn sidna u l-għalliem tagħna, il-Profeta illitterat, is-sinċier, dak li l-verità tiegħu tixhed lilu, Muħammad, il-magħżul, il-paċi tkun miegħu.
(Ayena Kamalat-e-Iżlam: Rooħani Kaza’in, il-ħames volum, paġni 160-162) 

Jien dejjem inħares lejn dan il-Profeta Għarbi bi skantament , eluf ta’ barkiet u paċi jkunu miegħu. Kemm kien nobbli l-istatus tiegħu! Wieħed ma jistax ikun konxju tal-limitu aħħari tal-pożizzjoni tiegħu, u hu lil hinn mill-fehma tal-bniedem biex jifhem totalment il-profondità u l-penetrazzjoni tal-kwalitajiet nobbli tiegħu. Jaħasra! Qatt ma ngħata rikonoxximent biżżejjed għall-pożizzjoni (rank) għolja (għoli) tiegħu. Dik l-unità li għebet mid-dinja ġiet mreġġgħa lura b’dan l-istess difensur (kampjun) kurraġġuż (qalbieni). Ħadd lil Alla bl-ikbar intensità, għalhekk ruħu wkoll ġiet ikkunsmata f’sentiment profond għall-umanità. Hu għalhekk li Alla, li kien jaf perfettament l-ogħla kapaċitajiet moħbija ta’ qalbu, għollieh ‘il fuq mill-Profeti l-oħra kollha u l-bnedmin kollha tal-passat u tal-futur, u wettaq ix-xewqat ta’ qalbu fil-firxa ta’ ħajtu.
(Hakika-tul-Wahi: Roohani Khaza’in, it-tnejn u ghoxrin volum, pagni 118-119)

Il-Profeta Mqaddes tagħna, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, jiġbor (jiġma’) fih l-ismijiet tal-profeti kollha, għaliex fih hemm imħallta l-kwalitajiet nobbli diversi li nsibu fil-Profeti l-oħra kollha. Għalhekk, hu Mosè kif ukoll Ġesù, hu Adam, hu A braħam, hu Ġużeppi u wkoll hu Ġakobb. Alla jindika dak fil-vers:

“Għalhekk, inti imxi fuq il-gwida tagħhom” (6:91). It-tifsira: O Profeta t’Alla amalga fik it-tagħlim kollu ta’ kull Profeta! Dan juri li dak kollu li hu eċċellenti tal-Profeti kollha nġabar kollu fil-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu. Fil-fatt l-isem innifsu Muħammad juri dan għaliex ifisser “dak li hu l-aktar imfaħħar fl-ogħla grad.” L-ogħla tifħir tista’ tikkonċepih biss jekk taċċetta li l-aqwa virtujiet u kwalitajiet speċjali tal-Profeti kollha huma miġbura fih.
(Ayena Kamalat-e-Iżlam: Ruħani Khaża’in, il-ħames volum, paġna 343)

Tgħallimt nifhem (mingħand Alla) li mill-Messaġġiera kollha, dak li ta l-aktar tagħlim perfett, pur u mimli għerf, u dak li wera  fih il-kwalitajiet l-aktar nobbli umani, hu l-Imqaddes Profeta Muħammad, sidna u l-imgħallem tagħna, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu.
(Arbaeen, Nu. 1, Ruħani Khaża’in, is-17-il volum, paġna 345)

Meta neżaminaw b’imparżjalità u b’ġustizzja l-Profeti kollha tal-passat, naraw li Muħammad, il-Profeta Mqaddes tal-Iżlam, jispikka bhala l-aktar kuraġġuż fosthom, dak li kien jippossedi l-kwalitajiet kollha tal-ħajja u kien l-aktar wieħed għażiż għal Alla.
(Siraġul Munir: Ruħani Khaża’in, it-12-il volum, paġna 82) 

Ġrajja stramba u fenomenali ġrat fid-deżert tal-Għarabija, meta mijiet ta’ eluf ta’ mejtin (fir-ruħ) saru ħajjin (spiritwalment) fi ftit jiem, u dawk li kienu korrotti għal ġenerazzjoniet ħadu Lewn Divin. L-għomja (fir-ruħ) bdew jaraw u mill-ilsna tal-muti beda joħroġ għerf Divin. Revoluzzjoni bħal din saret fid-dinja u la għajn qatt ma rat jew la widna qatt ma semgħet qabel. Tistgħu tirrealizzaw x’kien? Dan kollu sar bit-tabl matul id-dlam tal-lejl ta’ wieħed li kien kompletament mitluf f’Alla. Dan ħoloq storbju fid-dinja u wera għeġubijiet li kienu jidhru impossibbli fi bniedem bla skola. O Alla! Xerred barkiet u paċi fuqu u fuq is-segwaċi tiegħu fi proporzjon skont l-ansjetà u t-tbatija għall-Musulmani Ummah (in-nies tal-Iżlam), u tferrex fuqu d-dawl tal-ħniena Tiegħek għal dejjem.
(Barakatud Dua: Ruħani Khaża’in, is-sitt volum, paġni 10-11) 

Il-profeta Mqaddes

Għall-ulied kollha ta’ Adam, issa la hawn Messaġġiera u lanqas dawk li jitolbu interċessjonijiet oħra ħlief il-Profeta Mqaddes Muħammad, il-magħżul, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu. Għalhekk għandek tagħmel sforz li tikkoltiva mħabba tassew għal dan il-profeta manjifiku u maestuż u ma tpoġġi lil ħadd fuqu b’xi mod sabiex tiġi magħdud fis-Sema ma’ dawk li diġà akkwistaw is-salvazzjoni. Ftakru, is-salvazzjoni mhix xi ħaġa li tista’ takkwistaha biss wara l-mewt. Fill-fatt is-salvazzjoni vera hi dik li turi d-dawl tagħha f’din id-dinja. Min hu dak il-bniedem li jiġi meħlus? Hu tassew dak li jemmen li Alla hu verità u li l-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, hu l-interċessur bejn Alla u l-bnedmin. Għalhekk hu wkoll jemmen li taħt il-firmament tas-sema m’hemm l-ebda Profeta daqsu u m’hemm l-ebda ktieb tal-livell tal-Koran. U b’ebda bniedem ieħor ma Alla ried li għandu jgħix għal dejjem (bil-messaġġ tiegħu u bil-liġi tiegħu) ħlief dan il-Profeta li jgħix għal dejjem.
(Kixti Nuh: Ruħani Khaża’in, id-19-il volum, paġna 13)

Minn studju tal-ħajja tal-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, jidher ċar għal kull qarrej li l-Profeta Mqaddes tal-Iżlam ma kellux duwalità fil-karattru tiegħu u kellu spirtu pur u nobbli. Kien dejjem lest li jagħti ħajtu għal Alla. Ma kellux it-tamiet tiegħu fil-bnedmin u ma kellux  biża minnhom. Kien qiegħed fidi kollha tiegħu f’Alla. Billi kien jassar lilu nnifsu kompletament għar-rieda u l-kuntentizza ta’ Alla, ma kienx jimpurtah x’ perikli kien jaffaċċja u xi tbatijiet kien isofri mingħand l-idolaturi bħala viżultat tad-dikjarazzjoni lid-dinja tal-messaġġ tal-Unità ta’ Alla.
(Braheen Aħmadija: Ruħani Khaża’in, l-Ewwel Volum, paġna 111) 

Mhux ħaġa tal-għaġeb dak li ġara fi żmien meta n-nazzjonijiet il-kbar tad-dinja kienu jippossjedu mezzi finanzjarji, militari u intellettwali sempliċi itim bla sold, li bla setgħa, bla jaf jiddefendi ruħu, bla skola u bla għajnuna, ġab tant tagħlim risplendenti li, bl-argumenti konklussivi u provi li ħadd ma jista’ jmerihom, immuta kull wieħed li opponieh? Dan it-tagħlim kixef ukoll l-iżbalji u n-nuqqasijiet ta’ skulari li fil-kburija tagħhom ftaħru li kienu filosfi kbar u rġiel ta’ għerf. Minkejja li kien fqir u ma jafx jiddefendi ruħu, hu għadda ‘l quddiem għal setgħa kbira u neħħa mis-setgħa slaten qawwija u f’posthom poġġa l-foqra. Jekk dan kollu ma kienx ġej mingħand Alla, x’ seta’ kien? Biex tirbaħ u tisboq id-dinja kollha fil-għerf, fit-tagħlim u fil-qawwa, jista’ dan kollu jintlaħaq mingħajr l-għajnuna ta’ Alla?
(1-Braħeen Aħmadija: Ruħani Ħaża’in, l-Ewwel Volum, paġna 191)

David, is-sliem ta’ Alla miegħu, asserixxa l-koboru n-nobbiltà tal-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, meta qal fil-45 Salm:

Inti tassew ħafna aktar sabiħ minn ulied il-bnedmin. Faxxinu beda jnixxi minn xufftejk. Għalhekk Alla bierkek għall-eternità, Dendel ix-xabla ma’ ħżiemek, O Setgħan, Bid-dinjità tiegħek u l-isplendur tiegħek. U fil-meravilja tiegħek għaddi għall-vittorja. 

Mexxej l-kawża tal-verità bl-umiltà u s-sewwa, U idek il-leminija tgħallmek fi ħwejjeġ li jispiraw il-biża!
Surma Chixma Arya: Ruħani Ħaża’in, it-Tieni Volum, paġni 281-282) 

Innota kif il-Profeta Mqaddes tal-Iżlam baqa’ deċiż u sod fl-affermazzjoni tiegħeu ta’ Profeta mill-bidu sat-tmiem quddiem eluf ta’ perikli u kwanità kbira ta’ għedewwa u avversarji li jhedduh. Għal snin twal hu issaporta dawk it-tbatijiet u s-sofferenzi li kibru minn jum għal ieħor: biżżejjed biex iġagħlu bniedem jiddispra milli jkollu suċċess. Ma jgħaddix minn moħħ il-bniedem b’ mottivi ulterjuri ta’ din id-dinja li juri ħila soda biżżejjed li jissaporti għal tant żmien. Mhux hekk biss, meta hu ressaq il-jedd tiegħu li hu profeta, tilef ukoll l-apoġġ li kellu qabel. Il-prezz li kellu jħalla għal dan il-jedd li hu ressaq li hu profeta kien li jaffronta mitt elf argument u jistieden fuqu hemm kbir. Kien eżiljat minn art twelidu; marru warajh bil-għan li joqtluh; daru u ħwejġu nqerdu. Kien hemm ħafna attentati nqerdu. Kien hemm ħafna attentati fuq ħajtu billi ppruvaw javvelenawh. Dawk li qabel kienu jistiqulu l-ġid issa f’għedewwa. Għal żmien li kien jidher eternità hu affaċċja b’kuraġġ kbir dawk it-tbatijiet li lanqas wieħed li jippretendi u impustur ma jsofri.
(Braħeen Aħmadija: Ruħani Ħażai’in, l-Ewwel voulm, paġna 108)

Ma kienx ikun possibbli għalija li nkun ilħaqt din il-grazzja kieku jien ma mxejtx fuq il-passi ta’ sidi u mexxej tiegħi, l-għaxqa tal-Profeti kollha, l-aqwa fost il-bnedmin, Muħammad, il-magħżul, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu. Dak kollu li ħadt, ħadtu kollu billi mxejt warajh, u jien naf minn esperjenza li ġiet verifikata u ta’ min jorbot fuqha illi l-ebda bniedem ma jista’ jilħaq lil Alla u jakkwista fehma aktar profonda tat-triqat tiegħu jekk mhux billi jimxi wara dak il-Profeta, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu. Issa, ħalli tkunu tafu wkoll li l-ewwel ħaġa li intom tkunu ppremjati biha, wara li tkunu issottomettejtu kompletament lilkom infuskom għall-istruzzjonijiet u t-tagħlim tal-Profeta Mqaddes Muħammad, hu li intom tingħataw galb ġdida li dejjem tkun imxaqilba lejn is-sewwa, jiġifieri, qalb li tkun kesħet għall-imħabba ta’ din id-dinja materjali, u minflok tibda tixxennaq għall-kuntentizza tal-ġenna li ma tintemm qatt. Meta tkun irnexxiet takk wista din ix-xewqa, din il-qalb issa tkun kapaċi tirċievi dik l-imħabba perfetta u pura – l-imħabba t’Alla. Minħabba l-ubbidjenza kompleta tiegħek fih, dawn il-barkiet kollha jingħataw lilek bħala l-wirt spiritwali tiegħu.
(Ħaqeeqatul Waħi: Ruħani Ħaża’in, it-22 volum, paġni 64-65) 

Il-profeta Mqaddes


l-ħin kollu viċin

ta’ Alla l-Mulej.

F’idu jġorr

It-torċa tar-reliġjon;

U din biss hi s-sors tad-dawl reali u veru.

Huma x’inhuma s-sigriet: kbar

Fid-dominju tar-reliġjon;

Hu ħall l-għoqiedi kollha,

Ma jimpurtax kemm sottili, kemm ibsin,

U hu waħdu hu s-sultan,

F’ pożizzjoni li jqassam,

Din – l-aktar rari fost kull kwalità ta’ għana!

Tassew jien mogħti kollni kemm

Jien lil dan id-dawl;

Kollni kemm jien u kompletament,

Iddedikat lejh;

F’ moħħi, b’dan il-mod,

M’hemm ebda riservi.

Hu biss hu li jgħodd,

Waqt li jien, fija nnifsi,

Ma ngħodd assolutament xejn.

Din biss hi l-verità bażika;

Din biss, hi l-verdett finali.

(Kadjan ke Arya Aur Ħum;
Ruħani Ħaża’in l-20 volum, paġna 456)