|
Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta
L-Assoċjazzjoni Aħmadija Musulmana Malta ![]() |
|
|
L-Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd
|
|
|
|
Il-Koran Imqaddes
Il-Koran Imqaddes huwa wieħed mill-Kotba Mqaddsa ta’ Alla.
Il-Profeta Qaddis (is-sliem ghalih) qal “L-aħjar wieħed fostkom huwa dak li jitgħallem il-Koran u jgħallmu lill-oħrajn.”(Buħārī) “ Dak li ġewwa fih ma għandu xejn mill-Koran (għax ma tgħallem xejn minnu) jixbah lil dar mitluqa.” (Tirmidī) “Ja nies, jiena bniedem. Dalwaqt jiġi l-mibgħut mingħand Sidi, imbagħad jiena nħalli din id-dinja. Qiegħed inħalli magħkom żewġ affarijiet siewja: l-ewwel, il-Ktieb ta’ Alla li fih it-tmexxija tajba u d-dawl. Mela żommu sħiħ mal-Ktieb ta’ Alla u oqogħdu fuqu. Qiegħed inħalli wkoll warajja nies dari.” (Muslim) Il-Messija Mwieghed, il-paci ta` Alla tkun mieghu, kiteb: Il-Koran Imqaddes hu senduq mimli teżori, iżda ftit huma dawk konxji minn dan il-fatt. Il-Koran Imqaddes tant hu glorjuż li xejn ma jista’ jgħaddih fil-glorja tiegħu. Hu l-Ħakam, dak li l-ġudizzju tiegħu hu finali; hu l-Muħaimin, kompendju tat-tmexxija kollha. Fih issib kull argument li wieħed jeħtieġ. Hu dan il-Ktieb li ferrex f’telfa il-qalba tal-qawwa tal-għadu. Hu Ktieb li jkopri kollox fil-fond u li fih l-aħbarijiet ta’ dak li kien u ta’ dak li sejkun. Il-gideb la jista’ jattakkah minn quddiem u lanqas minn wara. Hu tassew id-dawl t’Alla Omnipotenti Ta’ min ikun jaf li l-aktar miraklu li jispikka fil-Koran Imqaddes hu dak il-baħar infinit ta’ għerf profond – dawk il-fatti solidi, dawk it-toroq ta’ tagħrif koraniku tant għani fil-filosofija – li nistgħu nippreżentaw din il-manifestazzjoni lin-nazzjonijiet u lill-popli ta’ kull ilsien: sew jekk ikunu Indjani, Persjani, Ewropej jew Amerikani, hu liema hu l-pajjiż li ġejjin minnu. Il-miraklu Koraniku kapaċi jġibhom bla difiża, bla kliem u totalment żarmati. It-tifsiriet tal-Kuran Imqaddes jintwerew skont kif tinħoloq id-domanda fiż-żminijiet li jinbidlu u jgħassu bħal suldati armati sew kontra l-insinwazzjonijiet u l-kalunji li joħorġu f’kull żmien. Kieku l-Koran kien limitat fil-firxa tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dak li jikkomprendi fatti sodi u rejaltajiet sottili, kieku ma kienx jista’ jiġi meqjus bħala dak il-miraklu perfett. Il-Koran Imqaddes hu miraklu li bħalu la qatt kien hawn u lanqas jista’ jkun hawn. Iż-żmien tal-barkiet u l-ġenerożitajiet ma jispiċċaw qatt. Jibqa’ bħala manifest u mdawwal f’kull perijodu ieħor bħalma kien fil-perijodu tal-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu. Għandna wkoll inżommu f’moħħna li d-diskors tal-bniedem hu diverttament proporzjonali mal-kobor tad-determinazzjoni tiegħu, id-dispożizzjoni tiegħu u r-rieda qawwija tiegħu. Aktar ma tkun kbira d-dispożizzjoni tiegħu u d-determinazzjoni u l-motivazzoni, aktar sabiħa u delikata tkun il-kwalità tad-diskors tiegħu. L-istess hu l-każ tar-rivelazzjonijiet mingħand Alla. Aktar ma tkun għolja d-dispożizzjoni ta’ min jirċievi r-rivelazzjoni, aktar tkun sublimi l-kwalità tal-kelma ta’ Alla. Fi proporzjon mal-kobor tad-determinazzjoni tiegħu, id-dispożizzjoni tiegħu u r-rieda qawwija tiegħu, ir-rivelazzjoni mogħtija lilu kienet ta’ l-ogħla livell, għalhekk ħadd ma nista’ qatt jitwieled biex ikun daqsu f’dan ir-rigward. Aħna ngħidu l-verità u qatt ma nistgħu ma nagħmlux hekk; kieku l-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, ma kienx imgħolli u kieku l-Koran Imqaddes ma kienx irrivelat, li l-propertajiet qawwija tiegħu (tal-Koran Imqaddes) kienu xhieda tagħhom ix-xjuħ tagħna u l-mexxejja spiritwali tal-passat u aħna li għadna nixhdu llum, kieku kien ikun diffiċli ħafna għalina, bis-saħħa tal-verżjoni Biblika biss li nagħrfu lil Mosè u lil Ġesù u Profeti oħra ta’ qabel li kienu jappartjenu lil dik l-asseblea devota u li tagħmel dak li hu moralment tajjeb li Alla, bil-grazzja tiegħu, għażel biex jinħatru profeti. Aħna għandna nirrikonoxxu din il-korresija spiritwali tal-Koran Imqaddes li hu (il-Koran Imqaddes) juri d-dawl tiegħu f’kull żmien u li mbagħad bil-għajnuna ta’ dak id-dawl perfett ikkonvinċiena mill-verità tal-Profeti aktar bikrin. U din il-kortesija mhux biss tintwera lilna iżda wkoll tintwerra lil dawk il-Profeti kollha li ġew minn żmien Adam sa żmien Ġesù (is-sliem ta’ Alla magħhom) qabel il-miġja tal-Koran Imqaddes. Mill-kotba kollha rrivelati li nsibu llum, hu biss il-Koran Imqaddes li l-affermazzjoni tiegħu li ġie rivelat minn Alla hu stabbilit bis-saħħa ta’ argumenti li ma tistax tirrifjuthom. Il-prinċipju li jirrigwarda b’mod ċar is-salvazzjoni jikkorrespondi eżattament ma’ dawk l-ordnijiet tal-verità u tan-natura umana. Id-duttrini li jipproponi huma tant perfetti u fuq pedament sod li huma kompletament sostnuti b’xhieda qawwija li ma tistax tirrifjuta. It-twissijiet tiegħu huma bbażati fuq xejn aktar ħlief il-verità. It-tagħlim tiegħu huma kompletament ħielsa minn adulterazzjoni jew idolatrija, innovazzjoni u qima lil kreaturi. Hu ktieb li fih hemm ħerqa kbira biex juru biċ-ċar l-Unità u l-Kobor t’Alla u biex jenfasizza l-perfezzjoni tal-attributi ta’ Alla, li hu Wieħed u Wieħed Biss. Hu ktieb li għandu din il-kwalità eċċezzjonali li hu mimli kompletament u purament bit-tagħlim ta’ l-Unità t’Alla u ma jippermetti l-ebda mod ta’ tebgħa jew difett, jew nuqqas jew xi kalunja oħra li tintefa’ kontra l-Ħallieq Qaddis. Ma jridx jimponi xi duttrina bilfors. Għall-kuntrarju, jippreċidi dak kollu li jesponi b’argument, u logika li jistabbilixxu l-verità tiegħu. Jagħti prova tal-miri u l-intenzjoni tiegħu b’argumenti awtorevoli u evidenza soda. Wara li ppreżenta argumenti ċari biex jispjega kull prinċipju li hu jippronunaja (b’mod ċar), jiggwida lill-bniedem għal twemmin sod u fehim assolut tar-realtajiet. Iwarrab bil-għajnuna tat-tifsir luċidu, id-difetti kollha, l-impuritajiet u l-irregolaritajiet li jimpestaw it-twemmin uman, drawwiet, kliem u għemil. Jgħallem ukoll kull etikett li hu essenzjali biex jikkoltiva valuri umani fil-bniedem. Jilqa’ l-isfida ta’ kull korruzzjoni b’forza xejn inqas minn dik murija bil-korruzzjoni li hi mxerrda fid-dinja llum. It-tagħlim tiegħu hu dritt, qawwi u bbilanċjat sew daqs li kieku kien mera li tirrifletti n-natura nnifisha u kopja vera tal-liġi tan-natura. Hu qisu xemx li ddawwal l-għajn ta’ ġewwa u l-fakultà perċettiva tal-qalb.
Id-dawl tal-Koran Imqaddes,
|
| © Copyright 2009 - 2012 - L-Assoċjazzjoni Aħmadija Musulmana Malta | |