|
Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta
L-Assoċjazzjoni Aħmadija Musulmana Malta ![]() |
|
|
L-Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd
|
|
|
|
L-Iżlam
“Islam”, isem mogħti minn Alla għal din ir-reliġjon (Il-Koran Imqaddes, 5:4), hija kelma Għarbija li tfisser ubbidjenza u paċi. Iżlam hi mnissla mill-kelma Għarbija “SALEMA”: paċi, purità, sottomissjoni u ubbidjenza. Għalhekk, l-Iżlam jista’ jitfisser bħala ‘it-triq ta’ dawk li huma ubbidjenti lejn Alla u li huma jistabbilixxu l-paċi miegħU u mal-kreaturi tiegħU’. Is-segwaċi tiegħu jissejħu “Musulmani”. L-Iżlam mhux twemmin ġdid. Huwa, fl-essenza tiegħu, l-istess messaġġ u gwida liema Alla irrivela lill-Profeti kollha qabel il-Profeta Muħammad, il-paċi u l-barka t’Alla jkunu miegħu. L-aktar sitt punti importanti tal-fidi fl-Izlam
Il-Ħames Kolonni tal-Iżlam L-Iżlam jistrieħ fuq ħames prinċipji bażiċi. Ibn Umar irrakkonta li l-Messaġġier ta’ Alla – il-Profeta Muħammad, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, qal; l-Iżlam qiegħed fuq ħames prinċipji, li huma:
Qwiel tal-Profeta Qaddis tal-Iżlam Ibn Għumar (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal:
Għumar bin al-ĦaTTāb (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jgħid: “Konna bilqiegħda mal-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) u f’daqqa waħda jasal raġel liebes ilbies abjad karti, u xagħru kien iswed tuta. Ma kienx jidher li kien f’safar, u ħadd minna ma kien jafu. Huwa qagħad qrib il Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) bi rkupptejh imissu ma’ rkupptejn il-Profeta. Huwa qal: ‘Ja Muħammad, x’inhu t-twemmin?’ Wieġbu: ‘Li temmen f’Alla, fl-anġli tiegħu, fil-Kotba tiegħu, fil-Mibgutin tiegħu, fl-Aħħar Jum u fid-destin, bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu.’” (Tirmidī) Darba waħda Għutmān bin Għaffān (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) talab l-ilma biex ikun jista’ jagħmel il-wuDū’ (jiġifieri l-ħasil ritwali ta’ qabel is-Salāt). Għal tliet darbiet huwa ferra’ l-ilma fuq il-pali t’idejh u ħasilhom, imbagħad daħħal idu l-leminija fil-bieqja tal-ilma u laħlaħ ħalqu u beżaq l-ilma. Wara dan, ħasel wiċċu għal tliet darbiet u anki jdejh, sal-imniekeb, għal tliet darbiet. Imbagħad mesaħ rasu, u wara ħasel riġlejh sal-għekiesi, għal tliet darbiet. Imbagħad qal: “Il-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal: ‘Min jagħmel il-wuDū’bħalma nagħmlu jien, u mbagħad jitlob rakgħatejn, mingħajr ma jagħmel xejn differenti minn kif nagħmilhom jiena, jinħafrulu dnubietu tal-imgħoddi.’” (Buħārī) Għāxja (l-għaxqa ta’ Alla fuqha) tirrakkonta: “Il-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) kien jibda S-Salāt bit-takbīr (jiġifieri jgħid Allāhu Akbar) u bil-fātiħa. Meta kien imil, ma kienx iżomm rasu fil-għoli, u lanqas kien idendilha, imma kien iżomma f’linja dritta ma’ dahru, li kien ikun f’qagħda orizzontali. Meta kien jgħolli rasu, kien jieqaf dritt u mbagħad jinxteħet fl-art. Wara dan, kien jerfa’ rasu, joqgħod bilqiegħda għal xi ħin, u mbagħad jerġa’ jmil għat-tieni darba sal-art. Wara kull rakgħatejn kien joqgħod bil-qiegħda biex jgħid it-taħiyya. F’din il-qagħda, siequ l-leminija kienet tkun f’qagħda wieqfa, filwaqt li siequ x-xellugija kienet isserraħ mimduda fl-art. Huwa ma kienx irid li min jitlob iserraħ l-imniekeb mal-art waqt li tinxteħtu fl-art, bħalma jagħmlu l-klieb. Huwa ma kienx irid li r-riġlejn ikunu mimduda, bħalma jagħmel ix-xitan. Huwa kien itemm iS-Salāt bil-kliem: ‘Is-sliem u l-ħniena ta’ Alla jkunu magħkom.’” (Musnad ‘Aħmad) Għabd Allāh bin Masgħūd (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jgħid: “Staqsejt lill-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) liema huwa l-għemil li l-aktar jogħġob lil Alla l-Għoli. Il-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) wieġeb: ‘Li tagħmel iS-Salāt f’waqtha.’ Għamr bin Xugħajb (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) sema’ mingħand missieru li kien sema’ lil nannuh li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) kien qal: “Wissu lil uliedkom biex jagħmlu S-Salāt meta jagħlqu seba’ snin. Meta jagħlqu għaxra, jeħtieġ tkunu ibsin magħhom dwar dan. U ara li traqqduhom f’sodod għalihom.” (‘Abū Dāwūd) FāTima ż-Żahrā’ (l-għaxqa ta’ Alla fuqha) qalet: “Meta l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) kien jidħol fil-moskea, huwa kien jgħid hekk: ‘Abū Hurajra (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal: “Jaqaw ma għandix ngħidilkom dwar dak li bih Alla jħassar id-dnubiet, u bih jgħolli l-Mislem f’qagħdiet għolja?” Qalu: “Mela, ja Mibgħut ta’ Alla!” Qalilhom: “Li tagħmluwuDū’ sewwa, anki jekk ma jkollkomx aptit; li timxu lejn il-moskea minn imkien imbiegħed; u li tistennew iS-Salāt li jmiss, wara li tkunu temmejtu S-Salāt. Dik hija tassew il-qima!”1
|
| © Copyright 2009 - 2012 - L-Assoċjazzjoni Aħmadija Musulmana Malta | |